Mawra sal-Imdina

Illum aħna morna mawra sal-Imdina ma’ tal-iskola.  L-Imdina kienet il-belt kapitali ta’ Malta fl-antik.  Hija magħrufa bħala l-belt is-siekta.  L-għalliema ħaditna l-’Imdina experience’ fejn rajna filmati dwar l-istorja tal-Imdina.  L-Imdina hija mdwara b’ħitan għoljin li nsejħulhom swar.  Wara morna l-Katidral fejn stajna naraw il-ġmiel tiegħu.  Hemmhekk kulħadd ressaq it-talb tiegħu.  Imbagħad imxejna lejn il-mużew tal-katidral.  Aħna rajna r-ritratti ta’ Dun Karm Psaila u l-ilbies tiegħu.  Rajna wkoll xi affarijiet li kien juża dak iż-żmien bħal mandolina li kien iħobb idoqq.  Kien sar il-ħin tal-ikel u kulħadd fjakka.  Għalhekk morna sal-bandli fejn l-ewwel ħadna biċċa ħobż u wara lgħabna ftit.  Jien ħadt pjaċir l-Imdina għax kienet mawra interessanti.

0 Response to “Mawra sal-Imdina”


  • No Comments

Leave a Reply