Eco Green Day

Fil-21 ta’ Marzu l-iskola tagħna ċċelebrat l-inawgurazzjoni ta’ Ġnien il-Qari. Il-kumitat tal-Ekoskola fetaħ din iċ-ċelebrazzjoni billi rringrazja lil kull persuna li tat sehemha biex din l-attivita’  tkun possibli. Wara l-ftuħ tal-ġnien, l-istudenti marru fuq iz-zuntier tal-knisja ikantaw l-innu tal-iskola u magħhom ħadu l-bandiera l-ħadra li hija unur li kisbet l-iskola. Hekk kif waslu lura l-iskola, l-kumitat tal-Ekoskola għamel preżentazzjoni dwar iċ-ċiklu tal-ilma filwaqt li l-istudenti kollha taw wirja ta’ kant u żfin relatata mat-tema  tal-ambjent. Wara l-istudenti waħlu tpinġija t’idejhom fuq mudell ta’ siġra magħmula minn injam u tappijiet tas-sufra. Aktar tard wara nofsinhar xi klassijiet għamlu attivita’ abbinata ma’ Dinja Waħda. Dakinhar it-tfal ingħataw flokk aħdar u xi frott biex tibqa’ mfakkra din il-ġurnata hekk speċjali.

0 Response to “Eco Green Day”


  • No Comments

Leave a Reply