Christmas Time

L-Annimali fil-Presepju… u fil-Ġenna le?

(Reċta tal-Milied, f’Jum iċ-Ċelebrazzjoni)

Int għandek xi annimal ħabib tiegħek?

Qatt ħabbejt xi annimal?

Qatt ħsibt kemm jaqduna l-annimali?

It-tiġieġa, il-baqra, in-naħla, il-ħmara, l-għasafar, il-brimba, is-serduk u tant u tant annimali oħra? Il-kelb, il-qattus, il-fenek, il-fekruna… nistgħu nibqgħu sejrin insemmu annimali oħra li jimlewlna ħajjitna.

Ħafna minn dawn l-annimali jissemmew ukoll fil-Bibbja. San Ġużepp kellu ħmara, Abel kellu n-nagħaġ, Abraham kellu l-iġmla u l-gidjien, Noe’ ġabar kemm annimali sab fl-arka tiegħu. U fl-istorja tat-twelid ta’ Ġesu’ nsibu wkoll imsemmija il-baqra, il-ħmara u n-nagħaġ. U tgħid ma kienx hemm xi brimb u xi tiġieġa wkoll fil-għar?

Dawn l-annimali kollha taw sehemhom biex jaqdu lil Ġesu’, lil Marija u lil Ġużeppi kif ser nisimgħu fir-rakkont waqt ir-reċta tal-Milied.

Kieku kont int kont iddaħħalhom fil-ġenna lill-annimali? Kont issibilhom post?