Year 5 (2011-2012)

CREATURES  and  FLOWERS

(Dinja Waħda Projects)

———————————————————————————————————–

IL-MILIED

minn Samuel Sacco (student ta’ Year 5)

Il-Milied niċċelebrawħ fil-bidu tax-xitwa, fil-ħamsa u għoxrin ta’ Diċembru. Din il-festa hija importantni ħafna għalina l-insara għax fiha niftakru meta twieled Ġesu Bambin.

Minbarra li nippreparaw qalbna għal din il-festa jsiru ħafna preparamenti fid-djar, fil-knejjes u fit-toroq tagħna. Fid-dar narmaw il-presepju, il-Bambin fil-maxtura, il-ġulbiena, is-siġra tal-Milied, dawl iteptep mat-twieqi, u Santa Klaws jiddendel mal-gallarija. Il-presepju u l-Bambin fil-maxtura huma l-aktar importanti għalina l-Maltin għax ifakkru lilna l-Insara fil-ġrajja  sabiħa tal-Milied li fiha l-Iben sar bniedem bħalna.

Il-knejjes ikunu mżejna bid-damask aħmar u bil-fjuri  tal-Milied li jgħidulhom ponsjetti. Il-qniepel idoqqu ferrieħa f’dan iż-żmien tal-Milied. Ikun hemm ukoll il-presepju armat u Bambin kbir u sabiħ imdawwar bil-ġulbiena.

Fl-ikla tal-Milied jittiekel id-dunjdan. Il-kejk tal-Milied, il-pudina, il-qagħaq tal-għasel, il-Christmas log u l-mince pies huma l-ħelu tradizzjonali tal-Milied.

Kull sena n-nies jistennew il-quddiesa ta’ Nofs il-Lejl u l-priedka tat-tifel. Il-purċissjoni tal-M.U.S.E.U.M bil-Bambin Ġesu’. In-nies u t-tfal ikantaw innijiet sbieħ tal-Milied bħal “Ninni la Tikbiex Iżjed”. Il-Milied joġgħobni ħafna għax fih inħoss il-ferħ u l-paċi ta’ Ġesu’ Bambin.