EkoSkola

For all the great work that our students have done throughout this scholastic year, we have been awarded the GREEN FLAG!

We are really proud of our pupils! Well done to ALL!

Activities and Meetings:


Consulting with Eko Skola Coordinator Ms. Cynthia Buhagiar

Carrying heavy buckets of water so as to know how people carry water

in least developed countries.

Crafts made of used carton and paper.

Watering plants.

WORLD WATER DAY

Fit-22 ta Marzu 2012,  il-poplu tad-dinja kollha ċċelebra “World Water day” fejn tfakkret l-importanza tal-ilma. Il- viċi-segretarja tal-kumitat tal-Ekoskola li hija Sylvia Galea attendiet avveniment tant importanti f’tas-Sliema fejn ħafna studenti minn skejjel differenti ltaqgħu u ċċelebraw flimkien l-importanza tal-ilma.

L-istudenti kantaw kanzunetti dwar l-ilma u preparaw kartelluni b’ xi messaġġ mill-isbaħ dwar l-ilma. L-istudenti ltaqgħu mal-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent George Pullicino u spjegalhom kif huma jistgħu jgħinu fil-konservazzjoni tal-ilma billi jagħlqu l-vit meta jaħslu  snienhom u ma jaħlux ilma.

L-istudenti ġarrew “jerry-can” mimli bl-ilma għal xi minuti biex b’jekk jipprovaw jifhmu t-tbatija li ħafna tfal ibatu fil-pajjiżi l-foqra fejn ikollhom jimxu għal distanzi twal biex ikollhom aċċess għall-ilma nadif.

Huwa tajjeb li wieħed ikun jaf li fl-Afrika imut tifel jew tifla kull għoxrin sekonda minħabba nuqqas tal-ilma nadif, jiġifieri wieħed għandu japprezza l-fatt li meta aħna jaqbadna l-għatx, fi ftit sekondi naqdu l-bżonn tagħna. Fi ftit kliem, meta aħna jkollna bżonn l-ilma nsibuh. U għalhekk għandna nibżgħu għalih u mhux inħammġuh bħalma xi nies jagħmlu meta jarmu xi affarijiet fil-baħar. Apparti li nkunu qegħdin inħammġu l-baħar, inkun qegħdin noqtlu l-ħut wkoll.

Kulħadd għandu jagħti s-sehem tiegħu billi ma jaħlix ilma u fejn nistgħu nerġgħu nużaw l-ilma pereżempju; l-ilma tax-xita jista jerġa` jintuża billi nsaqqu l-għelieqi taghna.

L-ilma huwa wieħed mill-aktar riżors importanti fil-ħajja tagħna li mingħajru ma ngħixux!!

————————————————————————————–

Il-proġetti tal-iskola tagħna jintwerer fuq il-websajt uffiċjali tal-EkoSkola Malta:

http://www.ekoskola.org.mt/schoolsgallery/st-benedict-college-qrendi-primary/

http://www.ekoskola.org.mt/projects-activities/composting/

Matul ix-xahar t’Ottubru għaqqadna kumitat ġdid tal-Ekoskola 2011-2012.

Il-membri ġodda huma:

Yelena Psaila

Clarence Xerri

Thea Axiaq

Janice Bugeja

Gabriel Camilleri

Kelsey Azzopardi

Samuel Sacco

Sylvia Galea

Brandon Lee Abela

Fil-ġimgħat li ġejjin ser jiġu eletti l-President, il-Viċi president, is-Segretarja u l-Assistent tas-Segretarja, PRO kif ukoll “Eco-friends”. Ms Mary Grace Schembri u Ms. Charlene Buġeja ser jiggwidaw il-kumitat tal-Ekoskola 2011-2012 bl-għajnuna tal-Kap tal-Iskola, l-Assistent Kap u l-Għalliema.

Iżda eżattament il-kumitat tal-Ekoskola x’jieħu ħsieb? Il-membri tagħna joħorġu b’ideat innovativi u kreattivi kif jistgħu jieħdu ħsieb mhux biss l-ambjent tal-iskola imma wkoll l-ambjent ta` madwarna. F’ħafna mill-attivitajiet li jsiru, huma jgħallmu lit-tfal kif jisseparaw l-iskart, jiġbdu l-attenzjoni tal-istudenti biex ma jaħlux ilma kif ukoll biex ma jaħlux dawl, kif ukoll fil-laqgħat niddiskutu modi alternattivi biex ma naħlux ħafna dawl billi nużaw energy savers, solar panels u solar heaters.  F’din is-sena skolastika ser niddiskutu dwar  il-bidla fil-klima u żvilupp sostenibbli.

Għandna ħafna proġetti għal din is-sena: ser nagħmlu għar għall-presepju tal-Milied li ser ikun magħmul minn materjal użat bħal kaxxi tal-kartun u gazzetti. Mela, minflok tarmuhom, ikun aħjar jekk iġġibuhom l-iskola biex b’hekk kulħadd ikun parteċipant f’din l-attivita`.

F’dan ix-xahar ser nieħdu sehem f’attivita` fejn mhux ser nixegħlu dawl għal sagħtejn biex b’hekk nikkontrollaw il-konsum tad-dawl kif ukoll l-istudenti jifhmu f’liema sitwazzjonijiet jgħixu nies fil-pajjiżi l-foqra u jkunu jistgħu jifhmu kemm ibatu fiżikament biex iġorru l-ilma li jkollhom bżonn.

Apparti li t-tfal jitgħallmu dwar l-ambjent, huma ser irabbu kunfidenza kif jitkellmu quddiem il-pubbliku, jitgħallmu ħiliet tat-tmexxija kif ukoll jitgħallmu x’inhu meħtieġ biex jaħdmu fi grupp.

Mela dejjem aħsbu kif nistgħu ngħixu ħajja aħjar u nieħdu ħsieb l-ambjent ta` madwarna: użaw l-energy savers!

Ms. Charlene Buġeja (L.S.A.)

Koordinatriċi EkoSkola

(Skola Primarja Qrendi)