Categories
Uncategorized

Our Box Cars by Kinder 1.1

In Kinder 1.1 we enjoy recycling things, this is what we did when we brought empty boxes to school ……

Categories
School Activities Uncategorized

Eco Green Day

Fil-21 ta’ Marzu l-iskola tagħna ċċelebrat l-inawgurazzjoni ta’ Ġnien il-Qari. Il-kumitat tal-Ekoskola fetaħ din iċ-ċelebrazzjoni billi rringrazja lil kull persuna li tat sehemha biex din l-attivita’  tkun possibli. Wara l-ftuħ tal-ġnien, l-istudenti marru fuq iz-zuntier tal-knisja ikantaw l-innu tal-iskola u magħhom ħadu l-bandiera l-ħadra li hija unur li kisbet l-iskola. Hekk kif waslu lura l-iskola, l-kumitat tal-Ekoskola għamel preżentazzjoni dwar iċ-ċiklu tal-ilma filwaqt li l-istudenti kollha taw wirja ta’ kant u żfin relatata mat-tema  tal-ambjent. Wara l-istudenti waħlu tpinġija t’idejhom fuq mudell ta’ siġra magħmula minn injam u tappijiet tas-sufra. Aktar tard wara nofsinhar xi klassijiet għamlu attivita’ abbinata ma’ Dinja Waħda. Dakinhar it-tfal ingħataw flokk aħdar u xi frott biex tibqa’ mfakkra din il-ġurnata hekk speċjali.

Categories
School Activities Uncategorized

Health & Safety Day (7th Feb 2013)

Make your own slideshow at Animoto.

Categories
Uncategorized Year 2

Would you like to live a healthy life? Follow these steps…

and

Categories
Uncategorized Year 2

We like to draw, colour and write…

Kieran’s picture shows his favourite toy. After finishing his picture, he wrote about it too. You surely can say what Kieran likes to play with most! 🙂

………Kieran Magri,  Year 2

Categories
Ekoskola Uncategorized

Link to Qrendi Ekoskola blog

Click here to check out what’s going on in our school with regards to Ekoskola.

Categories
Uncategorized Year 4

Mawra sal-Imdina

Illum aħna morna mawra sal-Imdina ma’ tal-iskola.  L-Imdina kienet il-belt kapitali ta’ Malta fl-antik.  Hija magħrufa bħala l-belt is-siekta.  L-għalliema ħaditna l-‘Imdina experience’ fejn rajna filmati dwar l-istorja tal-Imdina.  L-Imdina hija mdwara b’ħitan għoljin li nsejħulhom swar.  Wara morna l-Katidral fejn stajna naraw il-ġmiel tiegħu.  Hemmhekk kulħadd ressaq it-talb tiegħu.  Imbagħad imxejna lejn il-mużew tal-katidral.  Aħna rajna r-ritratti ta’ Dun Karm Psaila u l-ilbies tiegħu.  Rajna wkoll xi affarijiet li kien juża dak iż-żmien bħal mandolina li kien iħobb idoqq.  Kien sar il-ħin tal-ikel u kulħadd fjakka.  Għalhekk morna sal-bandli fejn l-ewwel ħadna biċċa ħobż u wara lgħabna ftit.  Jien ħadt pjaċir l-Imdina għax kienet mawra interessanti.

Categories
School Activities Uncategorized

Mixja Storika madwar il-Qrendi

Nhar it-Tlieta 13 ta’ Novembru l-istudenti u l-għalliema flimkien mas-surmast marru mixja mar-raħal tal-Qrendi. Matul din il-mixja edukattiva l-istudenti setgħu japprezzaw l-karatteristiċi uniċi li għandu dan ir-raħal.

Mixbook - Create Beautiful Photo Books and Scrapbooks! | Start your own Photo Books | Create custom Christmas Cards
Categories
School Activities Uncategorized

San Martin Assembly (9th Nov 2012)

Categories
Uncategorized

Lura l-Iskola

Għeżież Ġenituri, Kustodji u Studenti,

Nittamaw li kellkom jiem ta’ mistrieħ matul is-sajf. Il-preparamenti għall-bidu ta’ Sena Skolastika ġdida mexjin ġmielhom.

Infakkrukom li t-tfal jibdew skola nhar it-Tnejn 24 ta’ Settembru 2012. Il-ħinijiet tal-iskola jkunu bejn it-8:30am u s-2:30pm.

Narawkom 🙂